Din hija parti mill-ħidma li wettaqt fl-MUT. Ma’ dawn trid iżżid in-numru ma jaqta’ qatt ta’ laqgħat ma’ membri individwali u fi gruppi, u kif ukoll laqgħat mal-management fuq sitwazzjonijiet individwali u kollettivi.
1. Permezz ta’ mozzjoni mressqa minni fil-Konferenza Ġenerali u li kisbet appoġġ kbir, ittemmet il-prattika għall-gradi tal-għalliema fl-iskejjel tal-Istat magħrufa bħala Performance Management Programme (PMP) li kienet wasslet għal problemi kbar bejn l-edukaturi. Din il-prattika baqgħet qatt ma reġgħet iddaħħlet.
2. It-twaqqif tal-kumitat taż-żgħażagħ fi ħdan il-Union fejn flimkien ma’ grupp ta’ membri tal-Kunsill għaddejna emendi fl-istatut sabiex iż-żgħażagħ u l-istudenti jkunu rappreżentati fil-Kunsill u fl-istrutturi tal-Union.
3. Fi ftit inqas minn sitt snin irrispondejt 23,396 mistoqsija tal-membri permezz tal-email uffiċċjali. Dan jeskludi tweġibiet permezz tal-mezzi soċjali, u mezzi oħra ta’ komunikazzjoni.
4. Organizzajt flimkien mal-Kumitat taż-żgħażagħ laqgħat ta’ informazzjoni kull sena għal studenti tal-aħħar sena tal-B.Ed. (Hons) u PGCE. Dawn wasslu sabiex ‘il fuq minn 90% tal-istudenti daħlu membri filwaqt li kkontribwixxa sew sabiex il-Union qabżet id-9000 membru.
5. Konsultazzjoni wiesgħa mal-membri dwar il-kurrikulu li kien propost (draft NCF) u l-parteċipazzjoni fil-bord ta’ reviżjoni maħtur sabiex tnediet il-verżjoni finali tal-NCF.
6. Twaqqif tal-Uffiċju tal-Komunikazzjoni tal-MUT u l-impjieg ta’ Uffiċjal għall-Komunikazzjoni li fost l-oħrajn implementa il-kunċett ta’ media watch u eNewsletter regolari lill-membri flimkien mat-tisħiħ tal-preżenza fil-media soċjali.
7. Kampanji awdjoviżivi dwar il-Union tal-Għalliema, Cyberbullying, Għarfien dwar l-abbuż, Ħajr lill-edukaturi u Teknologija Xierqa.
8. MOU tal-Fronter li rregola l-użu tal-eLearning platform fl-iskejjel tal-istat.
9. MOU tal-laptops li wassal għall-bdil tal-laptops kollha u t-tqassim għall-ewwel darba tal-laptops għall-LSAs u KGAs, u kif ukoll wassal għall-introduzzjoni tal-All-in-One f’kull klassi tal-iskejjel tal-Istat.
10. MOU dwar il-proġett pilota tat-tablets u konsultazzjoni mal-membri dwar il-proġett pilota.
11. Surveys dwar it-tagħlim vokazzjonali u l-biża’ minn allegazzjonijiet ta’ abbuż li ġew ippreżentati f’konferenzi tal-MUT.
12. Il-bdil tas-sistema tad-database tal-MUT u l-introduzzjoni ta’ sistema ta’ call-logging.
13. Il-portal il-ġdid tal-MUT fuq http://www.mut.org.mt.
14. Parteċipazzjonijiet fil-bordijiet tal-NCF, l-IfE, l-SAB, l-OTPC, l-LGrB u l-kumitat Ministerjali li twaqqaf riċentement biex jevalwa l-professjoni tal-edukturi.
15. Features tal-MUT dwar ir-Rapport ta’ 3-snin ta’ ħidma, il-Portal il-ġdid http://www.mut.org.mt, u l-introduzzjoni tas-SEPA.
16. Il-proċess ta’ outsourcing tas-sistemi tal-accounts u payroll.
17. Dibattiti għall-istudenti bħala parti mill-kampanja ‘Unite for Quality Education’.
18. Responsabbiltà tan-negozjati tal-Collective Agreements tal-iskejjel Indipendenti St. Edwards, St. Martins, St. Michaels u parti min-negozjati tal-Collective Agreements ta’ San Anton, MCAST, ITS u l-ftehim għas-Servizz Pubbliku.
19. Xogħlijiet infrastrutturali fil-propjetà tal-Belt li kienet tinkludi l-iskavar ta’ spazji għall-użu ta’ store u ż-żieda ta’ garage ieħor. Dan għen sabiex l-MUT setgħet iġġib prezz aħjar għall-bini.
20. In-negozjar fuq il-bejgħ tal-propjetà fil-Belt u x-xiri tal-propjetà fil-Ħamrun. L-applikazzjonijiet u x-xogħlijiet infrastrutturali kollha fuq il-propjetà l-ġdida u t-tranżizzjoni għall-uffiċċji l-ġodda fil-Ħamrun.