L-aħjar żmien għall-edukazzjoni – riflessjonijiet f’dinja surreali

Tgħid konna qed ngħixu l-aħjar żmien għall-edukazzjoni f’pajjiżna u ma konniex napprezzaw dan? Jew forsi l-aħjar żmien għadu ġej? F’dinja li saret surreali mil-lejl għan-nhar, kultant tieqaf u tistaqsi dwar dak li tlift matul l-aħħar ġimgħat u jekk hux ser terġa’ tiksbu lura. Il-kumplessità li konna ngħaddu minnha ta’ kuljum fil-qasam edukattiv donna ilha li … Continue reading L-aħjar żmien għall-edukazzjoni – riflessjonijiet f’dinja surreali

It-tagħlim online lill-ġenituri

B’mod tradizzjonali, l-edukaturi jagħtu l-lezzjoni fil-klassi u wara jkun hemm xogħol ta’ konsolidament li jsir id-dar. Ħafna ġenituri kienu involuti f’dan il-proċess, li jinkludi l-homework, qari addizzjonali u riċerka. Madanakollu l-istess ġenituri ma kienux jesperjenzaw il-lezzjoni li kienet issir fl-iskola. Bil-kuntest il-ġdid tat-tagħlim online, ħafna ġenituri ġew esposti mil-lejl għan-nhar għal-lezzjonijiet b’mod dirett fil-kuntest informali … Continue reading It-tagħlim online lill-ġenituri

L-Edukazzjoni: negħlbu l-isfidi b’kuraġġ u determinazzjoni

Il-qasam edukattiv kien minn tal-ewwel li ġie affettwat minħabba l-miżuri li twettqu sabiex nilqgħu għall-COVID-19. Wara li l-MUT kienet ħadet diversi miżuri sabiex nissalvagwardaw is-saħħa u s-sigurtà tal-iskejjel, kien imiss li ssir pressjoni fuq l-awtoritajiet sabiex tibda d-diskussjoni li twassal għall-egħluq tal-iskejjel kollha. Iż-żmien kien kontra kullħadd u d-deċiżjoni li jingħalqu l-iskejjel ittieħdet mill-Gvern mingħajr … Continue reading L-Edukazzjoni: negħlbu l-isfidi b’kuraġġ u determinazzjoni

“Ma nitkellimx dwar l-inġustizzja għaliex….” Edukatur

Fil-qasam edukattiv, bħal f’setturi oħra, ssib diversità sħiħa ta’ opinjonijiet, karattri u individwi. Issib min iżomm il-punt, oħrajn jimxu mal-kurrent, xi wħud li jibqgħu gallarija u oħrajn japprofittaw minn sitwazzjonijiet biex jidhru sbieħ. Iżda fost dawn issib element, li jistgħu jesperjenzawh ilkoll u li jwassal għal frustrazzjoni, li huwa l-inġustizzja. Edukatur li jitkellem u jaqsam … Continue reading “Ma nitkellimx dwar l-inġustizzja għaliex….” Edukatur

“Jiena vittma ta’ abbuż fil-post tax-xogħol” – Edukatur

Fil-ħidma trejdjunjonistika fil-qasam edukattiv tiltaqa’ ma’ ħafna sitwazzjonijiet diffiċli u ta’ qtigħ il-qalb, iżda waħda mill-agħar sitwazzjonijiet li tista’ tiltaqa’ magħhom hija xi każ li fih xi edukatur ikun qed jisfa vittma ta’ abbuż fil-post tax-xogħol. Dan jinstema’ barra minn loku meta tikkunsidra li fil-qasam edukattiv il-ħin kollu għaddejjin kampanji sabiex nedukaw lit-tfal u ż-żgħażagħ … Continue reading “Jiena vittma ta’ abbuż fil-post tax-xogħol” – Edukatur